image
image
image
image
image
image
image
image

Il-proġett

Il-proġett "Il-Litteriżmu u l-Għarfien dwar il-Klima fl-iskejjel primarji ta' komunitajiet imċaħħda” bl-akronimu CLIMATE EARLY u n-numru tal-proġett  2022-1-CY01-KA210-SCH-000083726 huwa sħubija fuq skala żgħira fl-edukazzjoni skolastika u beda fil-01/11/2022 u itul 18-il xahar.

  • Kisbiet tal-Proġett

  • Għanijiet tal-Proġett

  • Gruppi fil-mira

Kisbiet tal-Proġett

O1

Pakkett ta’ Taħriġ li jiffoka fuq il-litteriżmu u l-għarfien dwar il-klima, inkluż kontenut speċifiku għall-qasam u attivitajiet ekoloġiċi li l-edukaturi jistgħu jużaw mal-istudenti tagħhom,

Workshops ta’ taħriġ (1 f’kull pajjiż) għall-edukaturi tal-Primarja li jtejbu l-litteriżmu klimatiku tagħhom stess permezz ta’ tagħlim mill-esperjenza. L-għalliema mbagħad isiru l-Ambaxxaturi CLIMATE EARLY mgħammra biex jittrasferixxu dan l-approċċ pedagoġiku lill-istudenti tagħhom

Implimentazzjoni ta’ Classroom u Field Labs li jippermettu lill-Ambaxxaturi  CLIMATE EARLY japplikaw it-tagħlim tagħhom bl-użu ta’ esperimenti fil-klassi u wirjiet fuq barra ma’ 150 student, kollha mwettqa bl-użu ta’ approċċi favur l-ambjent (Rethink, Refuse, Reduce, Reuse, Recycle and Responsible Disposal)

Virtual Roundtables li jippermettu netwerking u skambju tal-aħjar prattiki  bejn l-edukaturi tal-primarja u l-ambjentalisti f’Ċipru u f’Malta;

tixrid tal-proġett permezz t’għodod diġitali, materjal awdjo-viżiv, u netwerks ta’ komunikazzjoni biex jintlaħqu mill-inqas 50,000 edukatur tal-iskejjel, għaqdiet ambjentali, policy makers, żgħażagħ, servizzi pubbliċi, assoċjazjonijiet ta’ gruppi fil-mira, is-soċjetà ċivili u ċittadini tal-UE.F66

Għanijiet tal-Proġett

L-għanijiet tal-proġett huma li l-kwalità tat-tagħlim tal-edukazzjoni bikrija f'żoni  mċaħħda tissaħħaħ b'mod li jirrispetta l-ambjenta u fil-kuntest ta' żvilupp sostenibbli. Il-proġett qed jiġi propost f'waqtu meta wieħed iqis li hemm bżonn li tingħata informazzjoni u esperjenzi  lit-tfal dwar kwistjonijiet ambjentali importanti sabiex edukaturi u studenti jiġu ispirati biex isiru mgħammra b'mod responsabbli għal ġejjieni aħjar, b'għarfien ambjentali akbar. Għan ewlieni ieħor huwa li tħaffef il-qsim tal-għarfien, peer mentoring u l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-edukaturi f'ambjent virtwali li b'dan il-mod jiżgura s-sostenibbiltà tar-riżorsi u r-riżultati tal-proġett.

Azzjonijiet u Għanijiet:

  • Il-proġett Climate Early jixtieq javvanza l-edukazzjoni ambjentali fit-tfulija billi jżid il-kapaċitajiet kemm tal-edukaturi kif ukoll tat-tfal.

  • Dan il-proġett jiżgura l-inklużjoni billi jinvolvi skejjel primarji f'żoni mċaħħda

  • u jżid il-kwalità tal-edukazzjoni bikrija billi juża tagħlim esperjenzali biex jiżviluppa l-litteriżmu u l-għarfien dwar il-klima.

A1. Tmexxija tal-Proġett

A2. Il-pakkett ta' taħriġ (Training Package)

A3. Climate Early Labs u Fieldwork

A4. Pjattaforma Climate Early għall-Kondiviżjoni tal-Għarfien

A5. Tixrid u Sostenibbiltà

Gruppi fil-mira

  • Il-gruppi diretti fil-mira jinkludu edukaturi primarji u studenti elementari. Għall-bidu 50 edukatur tal-iskola primarja miż-żewġ pajjiżi se jkunu involuti fil-pilotaġġ u t-taħriġ tal-Pakkett tat-Taħriġ CLIMATE EARLY.
  • Il-gruppi fil-mira indiretti jinkludu dawk li se nilħqu permezz tat-tixrid tal-proġett. Permezz tal-attivitajiet ta’ tixrid tagħna se nilħqu 50,000 edukatur tal-iskejjel, għaqdiet ambjentali, dawk li jfasslu l-politika, żgħażagħ, servizzi pubbliċi, assoċjazzjonijiet ta’ gruppi fil-mira, soċjetà ċivili u ċittadini tal-UE.
image