image
image
image
image
image
image

Tagħlim fuq it-tibdil fil-klima ġewwa skejjel Primarji żvantaġġjati – CLIMATE EARLY

Kelmtejn fuq il-proġett:

Il-proġett CLIMATE EARLY huwa proġett żgħir li jikseb li joħloq kollaborazzjoni bejn id-diversi msieħba tal-proġett sabiex il-kompetenzi tad-diversi organizzazzjonijiet jaħdmu flimkien biex l-edukaturi u l-istudenti jiġu mħarrġa dwar temi fuq it-tibdil fil-klima, kif ukoll joħolqu azzjonijiet biex tittejjeb l-edukazzjoni ambjentali fl-iskejjel.

L-oġġettivi tal-proġett huma biex tittejjeb il-kwalita’ tal-edukazzjoni primarja f’żoni b’diffikultajiet soċjo-ekonomiċi, speċjalment fit-taħriġ tal-edukazzjoni sostenibbli. Dan il-proġett qiegħed jiġi propost f’waqtu biex l-għalliema u l-istudenti jiġu mħarrġa b’għodda li ħa jgħinu għal futur aħjar.

L-ewwel laqg ħ a transnazzjonali:
Fil-31 ta’ Jannar u f’1 ta’ Frar, Friends of the Earth Malta organizzaw l-ewwel laqgħa transnazzjonali tal-proġett Climate Early fil-Belt Valletta. Il-kordinatur tal-proġett RESET (Ċipru) laqqgħu l-organizzazzjonijiet involuti: FOEM (Malta), Pelentri Elementary School (Ċipru), Trimiklini Elementary School (Ċipru).

L-ewwel ġurnata bdiet bil-preżentazzjonijiet tal- organizzazzjonijiet, b’introduzzjonii ġenerali tal-proġett mill-kordinatur. RESET ippreżentat il-Project Management (A1), FOEM ippreżentaw it-Training Package (A2) U L-Climate Early Classrom and Field Labs (A3). Kien hemm ukoll diskussjoni mal-iskejjel preżenti dwar A3. L-ewwel ġurnata spiċċat b’preżentazzjoni minn RESET.
Filgħaxija l-organizzazzjonijiet iltaqgħu fil-Kottonera għal ikla tradizzjonali. Kienet opportunità biex isiru jafu lil xulxin aħjar!

Fit-tieni ġurnata ġew diskussi l-aħħar attivitajiet tal-proġett inklużi ‘Dissemination and Sustianability’ tal-proġett. Wara tkellmu fuq l-pjan ta’ azzjoni għax-xhur li ġejjin.

Wara, FOEM ħadu lill-iskejjel u RESET fil-kwartieri ġenerali tal-Friends of the Earth Malta. Hemmhekk setgħu jifhmu aħjar kif taħdem l-organizzazzjoni.

Il-ġurnata ntemmet b’mixja l-Imdina u fuq l-irdum ta’ Ħad-Dingli.

Il-laqgħa Transnazzjonali li jmiss ħa ssir f’Jannar 2024 ġewwa Ċipru, imlaqqa’ minn RESET.

Il-laqgħa li jmiss online ħa ssir f’Marzu 2023.